Protokoll Nru 12 għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-verżjoni Ingliża tal-Protokoll u dik Franċiża biss huma awtentiċi. Din it-traduzjoni ma hijiex verżjoni uffiċjali tal-Protokoll.

Firma, ratifika, dħul fis-seħħ, dikjarazzjonijiet, denunzja, applikazzjoni territorjalil: notifiki, komunikazzjonijiet

Albanija 26/05/2003 26/11/2004 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Andorra 31/05/2007 06/05/2008 01/09/2008 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Armenja 18/06/2004 17/12/2004 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Awstrja 04/11/2000 le le
Ażerbajġan 12/11/2003 le le
Belġju 04/11/2000 le le
Bosnja-Ħerzegovina 24/04/2002 29/07/2003 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Bulgarija le le le
Kroazja 06/03/2002 03/02/2003 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Ċipru 04/11/2000 30/04/2002 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Ċekja 04/11/2000 le le
Danimarka le le le
Estonja 04/11/2000 le le
Finlandja 04/11/2000 17/12/2004 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Franza le le le
Ġeorgja 04/11/2000 15/06/2001 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Ġermanja 04/11/2000 le le
Greċja 04/11/2000 le le
Ungerija 04/11/2000 le le
Iżlanda 04/11/2000 le le
Irlanda 04/11/2000 le le
Italja 04/11/2000 le le
Latvja 04/11/2000 le le
Liechtenstein 04/11/2000 le le
Litwanja le le le
Lussemburgu 04/11/2000 21/03/2006 01/07/2006 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Malta 08/12/2015 08/12/2015 01/04/2016 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Monaco le le le
Montenegro 03/04/20031 03/03/20041 06/06/2006 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Olanda 04/11/2000 28/07/2004 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
il-Maċedonja ta’ Fuq 04/11/2000 13/07/2004 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Norveġja 15/01/2003 le le
Polonja le le le
Portugal 04/11/2000 16/01/2017 01/05/2017 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Moldova 04/11/2000 le le
Rumanija 04/11/2000 17/07/2006 01/11/2006 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Russja 04/11/20002 le le
San Marino 04/11/2000 25/04/2003 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Serbja 03/04/20031 03/03/20041 01/04/2005 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Slovakkja 04/11/2000 le le
Slovenja 07/03/2001 07/07/2010 01/11/2010 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Spanja 04/10/2005 13/02/2008 01/06/2008 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Svezja le le le
Svizzera le le le
Turkija 18/04/2001 le le
Ukrajna 04/11/2000 27/03/2006 01/07/2006 [ing] [fra] [ing] [fra] [ing] [fra]
Renju Unit le le le

1 Dati tal-firma u r-ratifika mill-unjoni statali tas-Serbja u l-Montenegro.

2 Skont ir-Riżoluzzjoni CM/Res(2022)3 adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-23/03/2022, il-Federazzjoni Russa għandha tieqaf milli tkun Parti għat-Trattat ETS Nru 5 fis-16/09/2022. Għaldaqstant, il-Federazzjoni Russa tieqaf milli tkun Firmatarja għall-Protokoll ukoll fis-16/09/2022.

ETS (STE) Nru 177

Protokoll Nru 12 għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali

Ruma, 4.XI.2000

Preambolu

L-ISTATI MEMBRI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA, firmatarji,

Wara li kkunsidraw il-prinċipju fondamentali li l-persuni kollha huma ugwali quddiem il-liġi u għandhom dritt għall-protezzjoni ugwali tal-liġi;

Peress li huma deċiżi jieħdu passi ulterjuri sabiex jippromwovu l-ugwaljanza tal-persuni kollha permezz tal-infurzar kollettiv ta’ projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni bil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali, iffirmata f’Ruma fl-erbgħa ta’ Novembru 1950 (minn hawn ilquddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”);

Filwaqt li jaffermaw mil-ġdid li l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni ma jwaqqafx l-Istati Parti milli jieħdu miżuri biex jippromwovu l-ugwaljanza sħiħa u effettiva, dejjem jekk ikun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva u raġonevoli għal dawk il-miżuri,

Ftehmu kif ġej:

Artikolu 1
Projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni

1. Id-dgawdija ta’ kull dritt iddikjarat bil-liġi għandu jiġi assigurat mingħajr diskriminazzjoni għall-ebda raġuni, bħal sess, razza, kulur, lingwa, reliġjon, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, oriġini nazzjonali jew soċjali, sħubija ma’ minoranza nazzjonali, proprjeta`, twelid jew kwalunkwe status ieħor.

2. Ħadd ma għandu jbagħti minn diskriminazzjoni minn naħa ta’ kwalunkwe awtorita` pubblika għall-ebda raġuni kif msemmija filparagrafu 1.

Artikolu 2
Applikazzjoni territorjalil

1. Kwalunkwe Stat jista’ fil-mument tal-firma jew meta jiddepożita l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tiegħu, jispeċifika t-territorju jew territorji li għalihom ser japplika dan il-Protokoll.

2. Kwalunkwe Stat jista’ fi kwalunkwe mument ieħor, b’dikjarazzjoni indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, jestendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għal kwalunkwe territorju ieħor speċifikat fid-dikjarazzjoni. Fir-rigward ta’ dan itterritorju l-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara li jkunu għaddew tlett xhur mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jkun irċeva d-dikjarazzjoni.

3. Kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula skont iż-żewġ paragrafi preċedenti tista’, fir-rigward ta’ kwalunkwe territorju speċifikat flistess dikjarazzjoni, tiġi rtirata jew mibdula b’notifika indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. L-irtirar jew bidla għandhom isiru effettivi fl-ewwel jum tax-xahar wara li jkunu għaddew tlett xhur mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jkun irċeva n-notifika.

4. Dikjarazzjoni li tkun saret skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkonsidrata magħmula skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni.

5. Kwalunkwe Stat li għamel dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ fi kwalunkwe mument jiddikjara f’isem wieħed jew aktar territorji li tirreferi għalihom id-dikjarazzjoni, li jaċċetta l-kompetenza tal-Qorti sabiex tirċievi applikazzjonijiet minn għand individwi, organiżżazzjonijiet non-governattivi jew gruppi ta’ individwi skont l-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 3
Relazzjoni mal-Konvenzjoni

L-Istati Parti jikkonsidraw id-disposizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 ta’ dan il-Protokoll bħala Artikoli addizzjonali għall-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw b’konsegwenza ta’ dan.

Artikolu 4
Firma u ratifika

Il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-firma tal-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa li ffirmaw il-Konvenzjoni. Huwa soġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. Stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa ma jistagħx jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-Protokoll sakemm ma jkunx qabel jew fl-istess ħin irratifika l-Konvenzjoni. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 5
Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum taxxahar wara li jkunu għaddew tlett xhur mid-data li fiha għaxar Stati membri tal-Kunsill tal-Ewropa jkunu esprimew il-kunsens tagħhom li jintrabtu bil-Protokoll skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 4.

2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe Stat membru li jesprimi aktar tard il-kunsens tiegħu li jintrabat, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ flewwel jum tax-xahar wara li jkunu għaddew tlett xhur mid-data li fiha ġie depożitat l-strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

Artikolu 6
Funzjonijiet ta’ depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa għandu jinnotifika lil-Istati membri kollha tal Kunsill dwar:

(a) kull firma;

(b) id-depożitu ta’ kull strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni;

(ċ) kull data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll skont l-Artikoli 2 u 5;

(d) kull att ieħor, notifika jew komunikazzjoni relatati ma dan il-Protokoll.

B’xhieda ta’ dan il-firmatarji, awtoriżżati kif xieraq, iffirmaw dan il-Protokoll.

MAGĦMUL F’ RUMA, DAN IR-RABA’ JUM TA’ NOVEMBRU 2000, bl-Ingliż u l-Franċiż, biż-żewġ testi ugwalment awtentiċi, b’kopja waħda li għandha tiġi depożitata fl-arkivji tal-Kunsill tal-Ewropa. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa għandu jittrażmetti kopji autentikati lil kull Stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa.