Protokoll Nru 16 għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-verżjoni Ingliża tal-Protokoll u dik Franċiża biss huma awtentiċi. Din it-traduzjoni ma hijiex verżjoni uffiċjali tal-Protokoll.

Firma, ratifika, dħul fis-seħħ, riżervi, dikjarazzjonijiet, denunzja, deroga fi żmienijiet ta’ emerġenza, applikazzjoni territorjalil: notifiki, komunikazzjonijiet

PajjiżFirmaRatifikaDħul fis-seħħRiżerviDikjarazzjonijiet, denunzja, deroga fi żmienijiet ta’ emerġenzaApplikazzjoni territorjalil: notifikiKomunikazzjonijiet
Albanija24/11/201422/07/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Andorra12/04/201816/05/201901/09/2019[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Armenja02/10/201331/01/201701/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Awstrjalelele
Ażerbajġan18/11/202106/07/202301/11/2023[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Belġju08/11/201822/11/202201/03/2023[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Bosnja-Ħerzegovina11/05/201809/03/202101/07/2021[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Bulgarijalelele
Kroazjalelele
Ċiprulelele
Ċekjalelele
Danimarkalelele
Estonja17/02/201431/08/201701/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Finlandja02/10/201307/12/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Franza02/10/201312/04/201801/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Ġeorgja19/06/201406/07/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Ġermanjalelele
Greċja02/03/201705/04/201901/08/2019[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Ungerijalelele
Iżlandalelele
Irlandalelele
Italja02/10/2013lele
Latvja02/06/202525/11/202501/03/2026[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Liechtensteinlelele
Litwanja10/06/201402/09/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Lussemburgu06/09/201814/05/202001/09/2020[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Maltalelele
Monaco26/08/202402/10/202401/02/2025[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Montenegro13/12/202114/02/202301/06/2023[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
il-Pajjiżi l-Baxxi07/11/201312/02/201901/06/2019[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
il-Maċedonja ta’ Fuq09/09/202125/09/202301/01/2024[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Norveġja27/06/2014lele
Polonjalelele
Portugalllelele
Moldova03/03/201722/06/202301/10/2023[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Rumanija14/10/201415/09/202201/01/2023[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
San Marino02/10/201316/02/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Serbjalelele
Slovakkja02/10/201317/12/201901/04/2020[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Slovenja02/10/201326/03/201501/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Spanja29/10/202431/07/202501/11/2025[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Svezja19/12/202419/12/202401/04/2025[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Iżvizzeralelele
Turkija20/12/2013lele
Ukrajna20/06/201422/03/201801/08/2018[ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra][ing] [fra]
Renju Unitlelele

CETS (STCE) Nru 214

Protokoll Nru 16 għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali

Strasbourg, 2.X.2013

Preambolu

L-ISTATI MEMBRI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA U PARTIJIET GĦOLJA KONTRAENTI OĦRA GĦALL-KONVENZJONI GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FONDAMENTALI, iffirmata f’Ruma fl 4 ta’ Novembru 1950 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il Konvenzjoni”), firmatarji ta’ dan il-Protokoll,

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u b’mod partikolari, l-Artikolu 19 li jistabbilixxi l-Qorti Ewropea tad Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il Qorti”);

Billi l-estensjoni tal-kompetenza tal-Qorti sabiex tagħti opinjonijiet konsultattivi sejra tkompli ttejjeb l-interazzjoni bejn il-Qorti u l-awtoritajiet nazzjonali u b’hekk issaħħaħ l implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

Fid-dawl ta’ Opinjoni Nru 285 (2013) adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-28 ta’ Ġunju 2013,

Ftehmu kif ġej:

Artikolu 1

1. L-ogħla qrati u tribunali ta’ Parti Għolja Kontraenti, kif speċifikat skont l-Artikolu 10, jistgħu jitolbu lill-Qorti biex tagħti opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ta’ prinċipju relatati malinterpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-drittijiet u l libertajiet definiti fil-Konvenzjoni jew fil-protokolli tagħha.

2. Il-qorti jew it-tribunal li jagħmlu t-talba jistgħu jitolbu opinjoni konsultattiva biss fil-kuntest ta’ każ pendenti quddiemhom.

3. Il-qorti jew it-tribunal li jagħmlu t-talba għandhom jagħtu r raġunijiet għat-talba tagħhom u għandhom jipprovdu l-isfond legali u fattwali rilevanti tal-każ pendenti.

Artikolu 2

1. Panel ta’ ħames imħallfin tal-Kamra l-Kbira għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax it-talba għal opinjoni konsultattiva, fid-dawl tal Artikolu 1. Jekk il-panel jirrifjuta t-talba, dan għandu jagħti r raġunijiet għaliex.

2. Jekk il-panel jaċċetta t-talba, l-Kamra l-Kbira għandha tagħti l opinjoni konsultattiva.

3. Il-panel u l-Kamra l-Kbira, kif imsemmi fil-paragrafi preċedenti, għandhom jinkludu ex officio l-imħallef elett f’isem il-Parti Għolja Kontraenti li għalijha tappartjeni l-qorti li qed tagħmel it-talba. Jekk dan l-imħallef mhux preżenti jew ma jistax jieħu sehem fil każ, persuna magħżula mill-President tal-Qorti, minn lista mressqa minn qabel minn dik il-Parti, għandha toqgħod fil kapaċità ta’ imħallef.

Artikolu 3

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Parti Għolja Kontraenti li jappartjenu għaliha il-qorti jew it tribunal li qed jagħmlu t-talba għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu kummenti bil-miktub u jieħdu sehem fis-seduti. Il President tal-Qorti jista’, fl-interess tal-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja, jistieden lil kwalunkwe Parti Għolja Kontraenti jew persuna oħra, sabiex tissottometti kummenti bil-miktub jew tieħu sehem fi kwalunkwe smigħ.

Artikolu 4

1. Għandhom jingħataw raġunijiet għal opinjonijiet konsultattivi.

2. Jekk l-opinjoni konsultattiva ma tirrapreżentax, għal kollox jew parzjalment, l-opinjoni unanima tal-imħallfin, kwalunkwe mħallef għandu jkollu d-dritt jagħti opinjoni separata.

3. L-opinjonijiet konsultattivi għandhom jiġu kkomunikati lill qorti jew lit-tribunal li jkunu għamlu t-talba u lill-Parti Għolja Kontraenti li għalieh t/jappartjeni il-qorti jew tribunal.

4. L-opinjonijiet konsultattivi għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 5

L-opinjonijiet konsultattivi m’għandhomx ikunu vinkolanti.

Artikolu 6

Il-Partijiet Għolja Kontraenti għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet tal Artikoli 1 sa 5 ta’ dan il-Protokoll bħala artikoli addizzjonali għall-Konvenzjoni u d-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw b’konsegwenza ta’ dan.

Artikolu 7

1. Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-firma tal-Partijiet Għolja Kontraenti għall-Konvenzjoni, li jistgħu jesprimu l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta b’:

(a) firma mingħajr riżerva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew

(b) firma soġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, segwita minn ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

2. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet xhur wara d-data li fiha għaxar Partijiet Għolja Kontraenti għall-Konvenzjoni jkunu esprimew ilkunsens tagħhom li jintrabtu bil-Protokoll skont id dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7.

2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe Parti Għolja Kontraenti għall Konvenzjoni li tesprimi aktar tard il-kunsens tagħha li tintrabat bil-Protokoll, dan għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet xhur wara d-data li fiha tkun esprimiet il-kunsens tagħha li tkun marbuta bil Protokoll skond iddispożizzjonijiet tal-Artikolu 7.

Artikolu 9

L-ebda riserva ma tista’ ssir taħt l-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni fir rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Kull Parti Għolja Kontraenti għall-Konvenzjoni għandha, meta tiffirma jew meta tiddepożita l-istrument tagħha ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, tindika l qrati jew ittribunali li taħtar għall-finijiet tal-Artikolu 1, paragrafu 1, ta’ dan il-Protokoll. Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi modifikata fi kwalunkwe data aktar tard u bl-istess mod.

Artikolu 11

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa għandu jinnotifika lill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Partijiet Għolja Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni dwar:

(a) kull firma;

(b) id-depożitu ta’ kull strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni;

(c) kull data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll skont l-Artikolu 8;

(d) kull dikjarazzjoni magħmula skond l-Artikolu 10; u

(e) kull att ieħor, notifika jew komunikazzjoni marbuta ma’ dan il Protokoll.

B’xhieda ta’ dan il-firmatarji, awtoriżżati kif xieraq, iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi Strasbourg, dan it-tieni jum ta’ Ottubru 2013, bl Ingliż u bil-Franċiż, biż-żewġ testi ugwalment awtentiċi, b’kopja waħda li għandha tiġi depożitata fl-arkivji tal-Kunsill tal Ewropa. Is-Segretarju Ġenerali għandu jittrażmetti kopji autentikati lil kull Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa u lill Partijiet Għolja Kontraenti l-oħra tal-Konvenzjoni.