Taf in-numru tal-applikazzjoni in kwistjoni?
X’inhu n-numru tal-applikazzjoni?
In-numru tal-applikazzjoni jkun indikat f’kull ittra mill-QEDB dwar applikazzjoni li ġiet irreġistrata, immedjatament wara l-kliem “Applikazzjoni Nru.” u qabel l-isem tal-applikazzjoni (il-każ). Fil-korrispondenza bl-Ingliż jinkiteb “Application no.”, bil-Franċiż jinkiteb “Requête n°”.
Il-format tan-numru tal-applikazzjoni: NUMRU/SENA, eż. 123/14. Numri biss u slash lejn il-lemin “/”, mingħajr spazji.
Numru fl-istess format f’ittra tal-QEDB dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-formola tal-applikazzjoni mar-rekwiżiti mhuwiex in-numru tal-applikazzjoni. Dak in-numru jista’ jsir in-numru tal-applikazzjoni biss wara li l-QEDB jirċievi formola tal-applikazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti u jirreġistra l-applikazzjoni. F’din l-ittra l-isem tal-applikazzjoni (il-każ) ma jidhirx, peress li l-applikazzjoni mhix irreġistrata, u normalment ikun indikat il-kodiċi ECHR-Axxx6, fejn “xxx” jindika l-lingwa tal-ittra.
