{"id":147456,"date":"2022-07-02T14:27:20","date_gmt":"2022-07-02T12:27:20","guid":{"rendered":"https:\/\/europeancourt.org\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/qedb\/ir-regoli-regola-47\/"},"modified":"2025-10-05T12:00:15","modified_gmt":"2025-10-05T12:00:15","slug":"ir-regoli-regola-47","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/qedb\/ir-regoli-regola-47\/","title":{"rendered":"Ir-Regoli Tal-Qorti \u2013 Regola 47"},"content":{"rendered":"<h2 style=\"text-align: center;\">Ir-Regoli Tal-Qorti<\/h2>\n<p><strong>Regola 47<a class=\"paddingleft2px\" title=\"Kif emendata mill-Qorti fis-17 ta\u2019 \u0120unju u t-8 ta\u2019 Lulju 2002, fil-11 ta\u2019 Di\u010bembru 2007, fit-22 ta\u2019 Settembru 2008, fis-6 ta\u2019 Mejju 2013, fl-1 ta\u2019 \u0120unju u fil-5 ta\u2019 Ottubru 2015 u 18 ta\u2019 Jannar 2024.\" href=\"#fn1\"><sup style=\"cursor:help\">1<\/sup><\/a> \u2013 Kontenut ta\u2019 applikazzjoni individwali<\/strong><\/p>\n<p>1. Applikazzjoni mressqa skont l-<a title=\"Artikolu 34 tal-Konvenzjoni g\u0127all-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali\" href=\"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/konvenzjoni-ewropea-dwar-id-drittijiet-tal-bniedem\/#artikolu-34\">Artikolu 34 tal-Konvenzjon<\/a>i g\u0127andha ti\u0121i mag\u0127mula permezz <a href=\"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/qedb\/formola-ta-applikazzjoni\/\" title=\"Applikazzjoni lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem\">tal-formola<\/a> pprovduta mir-Re\u0121istru, sakemm il-Qorti ma tidde\u010bidix mod ie\u0127or. L-applikazzjoni g\u0127andha jkollha l-informazzjoni kollha mitluba fit-taqsimiet rilevanti tal-applikazzjoni u g\u0127andha tipprovdi<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(a) l-isem, id-data tat-twelid, in-nazzjonalit\u00e0 u l-indirizz tal-applikant u, fejn l-applikant ikun entit\u00e0 legali, l-isem s\u0127i\u0127, id-data ta\u2019 inkorporazzjoni jew re\u0121istrazzjoni, in-numru tar-re\u0121istrazzjoni uffi\u010bjali (jekk je\u017cisti) u l-indirizz uffi\u010bjali;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(b) l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telephone u fax u l-email tar-rappre\u017centant, jekk dan ikun il-ka\u017c;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(c) fejn l-applikant ikun rappre\u017centat, il-firma datata u ori\u0121inali tal-applikant fit-taqsima tal-prokura fl-applikazzjoni; il-firma ori\u0121inali tar-rappre\u017centant, li turi li hu jew hi a\u010b\u010betta jew a\u010b\u010bettat li ja\u0121ixxi jew ta\u0121ixxi g\u0127all-applikant, g\u0127andha ssir ukoll fit-taqsima tal-prokura fl-applikazzjoni; il-Qorti tista\u2019 ta\u010b\u010betta kopji tal-firem jew formoli o\u0127ra ta\u2019 prokura validi fil-li\u0121i domestika tal-Partijiet Kontraenti, jekk ji\u0121u pprovduti ra\u0121unijiet impellenti g\u0127an-nuqqas ta\u2019 konformit\u00e0 ma\u2019 dawn ir-rekwi\u017citi u lformola ta\u2019 prokura tal-Qorti b\u2019firem ori\u0121inali ti\u0121i mibg\u0127uta lill-Qorti fi \u017cmien ra\u0121onevoli;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(d) l-isem tal-iStat jew Stati kontraenti kontra liema l-applikazzjoni hija mag\u0127mula;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(e) dikjarazzjoni kon\u010bi\u017ca u le\u0121\u0121ibbli tal-fatti;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(f) dikjarazzjoni kon\u010bi\u017ca u le\u0121\u0121ibbli tal-allegata\/i vjolazzjoni\/jiet tal-Konvenzjoni u l-argumenti rilevanti; u<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(g) dikjarazzjoni kon\u010bi\u017ca u le\u0121\u0121ibbli li tikkonferma li l-applikant ikkonforma mal-kriterji ta\u2019 ammissibbilt\u00e0 stabbiliti fl-<a title=\"Artikolu 35 tal-Konvenzjoni g\u0127all-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali\" href=\"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/konvenzjoni-ewropea-dwar-id-drittijiet-tal-bniedem\/#artikolu-35\">Artikolu 35 \u00a7 1 tal-Konvenzjoni<\/a>.<\/p>\n<p>2.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(a) L-informazzjoni kollha msemmija f\u2019paragrafu 1 (e) sa (g) hawn fuq, li g\u0127andha tkun ipprovduta fit-taqsimiet rilevanti tal-applikazzjoni, g\u0127andha tkun bi\u017c\u017cejjed biex tippermetti lill-Qorti li tiddetermina n-natura u l-iskop tal-applikazzjoni ming\u0127ajr referenza g\u0127al xi dokument ie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(b) L-applikant jista\u2019 per\u00f2 j\u017cid ma\u2019 l-informazzjoni pprovduta billi jehme\u017c mal-applikazzjoni iktar dettalji dwar il-fatti, l-allegati vjolazzjonijiet tal-Konvenzjoni u l-argumenti rilevanti. Tali informazzjoni ma tistax taqbe\u017c l-20 pa\u0121na.<\/p>\n<p>3.1. L-applikazzjoni g\u0127andha tkun iffirmata mill-applikant jew mir-rappre\u017centant tal-applikant u g\u0127andha tkun akkumpanjata <\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(a) b\u2019kopji ta\u2019 dokumenti li jikkon\u010bernaw id-de\u010bi\u017cjonijiet jew mi\u017curi li dwarhom qed isir l-ilment, dawk \u0121udizzjarji kif ukoll dawk mhux \u0121udizzjarji;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(b) b\u2019kopji ta\u2019 dokumenti u de\u010bi\u017cjonijiet li juru li l-applikant ikkonforma mar-rekwi\u017citi tal-e\u017cawriment ta\u2019 rimedji domesti\u010bi u l-limitu ta\u2019 sitt xhur stabbiliti fl-<a title=\"Artikolu 35 tal-Konvenzjoni g\u0127all-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali\" href=\"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/konvenzjoni-ewropea-dwar-id-drittijiet-tal-bniedem\/#artikolu-35\">Artikolu 35 \u00a7 1 tal-Konvenzjoni<\/a>;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(c) fejn ikun xieraq, b\u2019kopji ta\u2019 dokumenti li jikkon\u010bernaw kwalunkwe pro\u010bedura internazzjonali o\u0127ra ta\u2019 investigazzjoni jew ftehim bonarju;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(d) fejn l-applikant ikun entit\u00e0 legali kif imsemmi fir-Regola 47 \u00a7 1 (a), b\u2019dokument jew dokumenti li juru li l-individwu li ppre\u017centa l-applikazzjoni g\u0127andu l-awtorit\u00e0 biex jirrappre\u017centa lill-applikant.<\/p>\n<p>3.2. Id-dokumenti ppre\u017centati ma\u2019 l-applikazzjoni g\u0127andhom ikunu mni\u017clin f\u2019ordni kronolo\u0121iku, innumerati konsekuttivament u identifikati b\u2019mod \u010bar.<\/p>\n<p>4. Applikanti li ma jkunux jixtiequ li l-identit\u00e0 tag\u0127hom ti\u0121i \u017cvelata lill-pubbliku g\u0127andhom jindikaw dan u g\u0127andhom jipprovdu dikjarazzjoni bir-ra\u0121unijiet li ji\u0121\u0121ustifikaw tali tluq mir-regola \u0121enerali ta\u2019 a\u010b\u010bess lill-pubbliku g\u0127al informazzjoni fi pro\u010beduri quddiem il-Qorti. Il-Qorti tista\u2019 tawtorizza l-anonimit\u00e0 jew tag\u0127tiha minn jeddha.<\/p>\n<p>5.1. Nuqqas ta\u2019 konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta\u2019 din ir-Regola jfisser li l-applikazzjoni ma ti\u0121ix e\u017caminata mill-Qorti, sakemm<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(a) l-applikant ma jkunx ipprovda spjegazzjoni adegwata g\u0127an-nuqqas ta\u2019 konformit\u00e0;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(b) l-applikazzjoni ma tikkon\u010bernax talba g\u0127all-mi\u017cura temporanja;<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(c) il-Qorti ma tordnax mod ie\u0127or minn jeddha jew fuq talba tal-applikant.<\/p>\n<p>5.2. Il-Qorti tista\u2019 f\u2019kull ka\u017c titlob lill-applikant jipprovdi, f\u2019limitu ta\u2019 \u017cmien stabbilit, informazzjoni jew dokumenti fi kwalunkwe forma jew mod li jkun xieraq.<\/p>\n<p>6.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(a) Id-data ta\u2019 introduzzjoni tal-applikazzjoni g\u0127all-finijiet tal-<a title=\"Artikolu 35 tal-Konvenzjoni g\u0127all-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali\" href=\"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/dokumenti\/kunsill-tal-ewropa\/konvenzjoni-ewropea-dwar-id-drittijiet-tal-bniedem\/#artikolu-35\">Artikolu 35 \u00a7 1 tal-Konvenzjoni<\/a> g\u0127andha tkun id-data li fiha l-applikazzjoni, li tkun tissodisfa r-rekwi\u017citi ta\u2019 din ir-Regola, ti\u0121i mibg\u0127uta lill-Qorti. Id-data tad-dispatch g\u0127andha tkun id-data tat-timbru postali.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 40px;\">(b) Fejn il-Qorti tqis li dan ikun i\u0121\u0121ustifikat, tista\u2019 madankollu tidde\u010biedi li data differenti g\u0127andha tkun ikkunsidrata b\u0127ala d-data ta\u2019 introduzzjoni.<\/p>\n<p>7. Applikanti g\u0127andhom i\u017commu lill-Qorti nfurmata bi kwalunkwe tibdil fl-indirizz u ta\u010b-\u010birkostanzi kollha rilevanti g\u0127all-applikazzjoni.<\/p>\n__________\n<p id=\"fn1\"><sup>1<\/sup> Kif emendata mill-Qorti fis-17 ta\u2019 \u0120unju u t-8 ta\u2019 Lulju 2002, fil-11 ta\u2019 Di\u010bembru 2007, fit-22 ta\u2019 Settembru 2008, fis-6 ta\u2019 Mejju 2013, fl-1 ta\u2019 \u0120unju u fil-5 ta\u2019 Ottubru 2015 u 18 ta\u2019 Jannar 2024.<\/p>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"Ir-Regoli Tal-Qorti Regola 471 \u2013 Kontenut ta\u2019 applikazzjoni individwali 1. Applikazzjoni mressqa skont l-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni g\u0127andha ti\u0121i mag\u0127mula permezz tal-formola pprovduta mir-Re\u0121istru, sakemm il-Qorti ma tidde\u010bidix mod ie\u0127or. L-applikazzjoni g\u0127andha jkollha l-informazzjoni kollha&#46;&#46;&#46;","protected":false},"author":1,"featured_media":188918,"parent":147379,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"class_list":["post-147456","page","type-page","status-publish","has-post-thumbnail","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/147456","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=147456"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/147456\/revisions"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/pages\/147379"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/188918"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=147456"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=147456"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/europeancourt.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=147456"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}