Kif tikkuntattja lill-Qorti biex tressaq talba għal miżura provviżorja
It-talbiet jintlaqgħu mill-istaff tar-Reġistru mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 ta’ filgħodu sal-4 ta’ wara nofsinhar (Ħin Lokali ta’ Strasburgu: GMT+1). It-talbiet li jaslu wara l-4 ta’ wara nofsinhar normalment ma jiġux ttrattati dik il-ġurnata. It-talbiet li jaslu fi tmiem il-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi ma jiġux ittrattati f’dawk il-jiem iżda jiġu pproċessati matul il-ġurnata tax-xogħol li jmiss (ara Lista ta’ festi pubbliċi).
It-talbiet għandhom jintbagħtu permezz tas-sit ECHR Rule 39 Site, bil-fax, jew bil-posta. Il-Qorti mhux se tittratta talbiet mibgħuta bl-email.
– ECHR Rule 39 Site: L-indirizz tas-sit huwa https://r39.echr.coe.int. Għal aktar informazzjoni dwar is-sit, jekk jogħġbok ara hawn taħt.
– bil-faks: Il-Qorti għandha numru tal-fax apposta biex fuqu jintbagħtu t-talbiet għal miżuri temporanji: +33 3 90 21 43 50 u +33 3 88 41 39 00.
Nissuġġerixxu li faxes li jinkludu iktar minn għaxar paġni jintbagħtu f’bosta partijiet biex jaslu sew u jiġu pproċessati bl-aħjar mod possibbli.
– L-indirizz huwa:
European Court of Human Rights
Council of Europe
67075 STRASBOURG CEDEX
FRANCE
Fuq l-ewwel paġna tad-dokument ikteb b’tipa skura (bold):
“Rule 39. Urgent” Il-persuna li għandha tiġi kkuntattjata: (isem u dettalji tal-kuntatt): …
F’każijiet ta’ deportazzjoni jew estradizzjoni għandek tispeċifika dan li ġej:
It-tneħħija hi mistennija li ssir (data, ħin u destinazzjoni): …
It-talbiet għandhom normalment jaslu malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni domestika finali sabiex il-Qorti u r-Reġistru tagħha jkollhom żmien biżżejjed biex jeżaminaw il- kwistjoni. Jista’ jkun li l-Qorti ma tkunx tista’ tittratta talbiet f’każijiet ta’deportazzjoni jew estradizzjoni mibgħuta inqas minn ġurnata tax-xogħol qabel il ħin tat-tneħħija.
Dettalji dwar kif tippreżenta talba permezz tas-sit ECHR Rule 39 Site
Is-sit ECHR Rule 39 Site għandu jintuża biss biex jitressqu talbiet għal miżuri temporanji quddiem il- Qorti taħt ir-Regola 39 tar-Regoli tal-Qorti. Sottomissjonijiet li ma jikkonċernawx talbiet għal miżuri temporanji ma jiġux eżaminati u dawn it-talbiet fuq is-sit jingħalqu immedjatament.
Is-sit se jintuża biex il-Qorti tikkorrispondi mal-applikanti li jkunu ressqu t-talbiet tagħhom permezz ta’ dan is-sit sakemm tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri temporanji. Il-korrispondenza, inkluża n-notifika ta’ kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, ser tkun notifikata permezz tas-sit u mhux se tintbagħat bil-posta regolari. Il-Qorti mhux se tuża s-sit biex tikkuntattja lill-applikanti li ppreżentaw it-talbiet tagħhom permezz ta’ mezzi oħra, jiġifieri fax jew posta.
Sabiex titressaq talba, l-applikanti għandhom (obbligatorju):
• Jimlew il-qasam “Titolu tat-talba (L-applikanti għandhom jispjegaw fil-qosor l-oġġett tat- talbiet tagħhom f’dan il-qasam)”
• Jimlew l-oqsma relatati mal-Applikanti, ir-Rappreżentant u l-Istat ikkonċernat
• Jibgħatu mill-inqas allegat wieħed. L-allegati kollha għandhom ikunu f’format PDF. Aktar informazzjoni dwar il-format tad-dokument u r-rekwiżiti tad-daqs tista’ tinstab fit- Termini u Kundizzjonijiet (Terms and Conditions).
Importanti
Wara li tissottometti t-talba tiegħek tista’ tibgħat aktar informazzjoni jew dokumenti permezz tas-sit ECHR Rule 39 Site biss jekk tintalab tagħmel dan mill-Qorti.
